top

Sħab

Contents



Partner Logo

L-Università ta’ Utrecht (Istitut tal-Lingwistika OTS Utrecht), L-Olanda

L-Istitut tal-Lingwistika ta’ Utrecht OTS (UiL OTS) huwa istitut ta’ riċerka tal-Fakulta tal-Arti fl-Università ta’ Utrecht. L-għan ta’ UiL OTS huwa li jiżviluppa tagħrif xjentifiku fil-lingwi baziċi tas-sistema, diskors u l-użu tagħhom. Il-program tar-riċerka jinkludi riċerka fundamentali u applikata fuq lingwa u diskors.

UiL OTS ifittex biex iħeġġeġ kooperazzjoni intensiva bejn diversi oqsma fil-lingwistika u dixxiplini relatati barra l-qasam lingwistiku bħall-loġika, xjenza tal-kompjuter u xjenza kognativa. Tagħrif konsiderevoli nkiseb fil-qasam tal-Machine Translation (Eurotra, Rosetta), Teknoloġija tad-Diskors u Korpus Lingwistiku u għodda relatati (l-iZvilupp ta’ Korpus għall-Olandiz mitkellem). L-istitut għandu kollaborazzjonijiet għaddejja maċ-ċentru ta’ UU IVLOS għall-ICT fl-edukazzjoni u b’hekk jkun jista’ jagħmel użu tal-esperjenza fit-tagħlim elettroniku.

Mibdi fl-1980, l-Istitut ipparteċipa f’numru ta' proġetti nazzjonali u Ewropew, bħal ROSETTA, UPLIFT, EUROTRA, ET-10 (Collocations), LRE (Diskors, Reusable Grammars, TEMAA, EAGLES-1), MLAP (LS-GRAM), Koperazzjoni Internazzjonali (CLASK), ESPRIT (DYANA, ELSNET), LE (EAGLES-2, VODIS), Korpus ta' Olandiz mitkellem. Mil-1995 UiL OTS sar il-kordinatur ta’ ELSNET. B’hekk ser ikun possibli li jintużaw l-kanali ta’ kommunikazzjoni tan-netwerk tal-ELSNET li huma stabiliti għall-iskopijiet tat-tixrid tal-informazzjoni.

L-Università ta’ Utrecht huwa l-kordinatur ta’ dan il-proġett. Huma wkoll responsabbli għat-tixrid tar-riżultati (WP6) u għall-amministrazzjoni u l-kordinazzjoni tal-proġett (WP7). Jagħtu wkoll kontribbut lill-partijiet oħra tal-proġett. Jiġbru u jannotaw l-oġġetti tat-tagħlim bl-Olandiz, jgħatu feedback fuq il-funzzjonijiet ġodda, jizviluppaw vokabolarju għall-Olandiz, u jieħdu sehem fl-evalwazzjoni.

Il-Membri għall-LT4eL mill-Università ta’ Utrecht huma:

Partner Logo

L-Università Charles, Praga, Istitut għall-Lingwistika Formali u Applikata, Repubblika Ċeka

L-Istitut għall-Lingwistika Formali u Applikata (UFAL) huwa d-dipartiment tal-Fakulta tal-Matematika u Fiżika fl-Università Charles ta’ Praga. L-istitut ġie stabilit fl-1990. F’koperazzjoni mill-qrib mal-Istitut tat-Lingwistika Tejoretika u Kompjutazzjonali (Il-Fakulta tal-Filosofija), l-għan ta’ ÚFAL huwa li jiżviluppa programmi tat-tagħlim u tar-riċerka fil-qasam ta’ Theoretical and Computational Linguistics fil-fakultajiet rispettivi, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istitut tal-Korpus Nazzjonali Ċek fil-Fakulta tal-Filosofija u l-Iskola tax-Xjenza tal-Kompjuter fil-Fakulta tal-Matematika u l-Fiżika.

L-Istitut jikollabora fuq diversi proġetti nazzjonali u internazzjonali. F’livell nazzjonali, l-Istitut jizviluppa korpi, taggers u parsers għac-Ċek, u jaħdem fuq Machine Translation bejn l-Ingliż u ċ-Ċek. Fuq livell internazzjonali, jaħdem biex il-proġetti li jikonċernaw ir-riżorsi tal-lingwi, lessiku kompjutazzjonali, u riċerka li tintegra d-diskors tal-lingwa, (PECO-LATESLAV, CEGLEX, MULTEXT, ELSNET GOES EAST, TELRI, AGILE, TELRI 2, ELSNET u ENABLER).

L-Università ta’ Cologne, li ħolqet is-sistema ta’ amministrazzjoni għat-tagħlim ILIAS b’sors miftuħ, se tkun responsabli għall-integrazzjoni tal-funzzjonijiet ġodda fi ħdan is-sistema. L-Università Charles se tikkollabora mill-qrib ma’ l-Università ta’ Cologne biex twettaq din il-funzjoni. L-Università se tikollabora ukoll f’partijiet oħra tal-proġett. Jiġbru u jannotaw l-oġġetti tat-tagħlim biċ-Ċek, jgħatu feedback fuq il-funzzjonijiet ġodda, jiżviluppaw vokabolarju għaċ-Ċek, u jieħdu sehem fl-evalwazzjoni u l-validazzjoni.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Università Charles huma:

Partner Logo

L-Università ta’ Lisbona (Grupp-NLX), Portugal

Il-Grupp NLX huwa l-grupp għall-Lingwa Naturali fi ħdan id-departiment tal-Informatika fil-Fakulta tax-Xjenza fl-Università ta’ Lisbona. F'dan il-grupp, attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp huwa mwettqa fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali u Xjenza Kognativa, b’fok speċjali fuq il-proċess tal-lingwi naturali, l-interazzjoni ma’ gruppi u laboratorji oħra ta’ riċerka fid-dipartiment, inkluż il-grupp għall-interazzjoni bejn l-Uman u l-Magna.

Dan il-grupp wettaq riċerka u żviluppa għodda fil-qasam tal-annotazzjoni ta' korpus, tagging u shallow-processing għall-Portugiż, ontoloġiji u netwerks semantiċi, proċess lingwistiku profond u grammatika kompjutazzjonali għall-Portugiż, kif ukoll question-answering għall-Portugiż. Ħafna minn dawn l-attivitajiet ġew żviluppati fl-ambitu ta' ħafna proġetti fundati nazzjonali u internazzjonali, bħal QueXting, GramaXing, TagShare, LTRC u Nexing.

Fi ħdan il-proġett, il-grupp NLX se jiġbor u jannota l-oġġetti tat-tagħlim bil-Portugiż, jgħatu feedback fuq il-funzzjonijiet ġodda, jizviluppaw vokabolarju għall-Portugiż, u jieħdu sehem fl-evalwazzjoni.

Il-Membri għall-LT4eL għal-Università ta’ Lisbona huma:

Partner Logo

Istitut tax-Xjenza tal-Kompjuter, Akkademja Pollakka tax-Xjenza, Polonja

L-Istitut tax-Xjenza tal-Kompjuter, Akkademja Pollakka tax-Xjenza (ICS PAS) huwa ċentru għewlini nazzjonali fir-riċerka tax-xjenza tal-kompjuter. Attivitajiet tar-riċerka huma organiżati f’żewġ dipartimenti: Dipartiment ta’ Fondazzjoni Tejoretiċi għax-Xjenza tal-Kompjuter, u Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali. Hemm 6 gruppi fi ħdan id-dipartiment tal-AI, inkluż il-grupp tal-Inġinerija Lingwistika. Il-grupp għall-Inġinerija Lingwistika għandu 7 membri fuq bażi permanenti, 1 fuq bażi temporanju u 2 sjoċi barranin.

L-interessi tar-riċerka ewlenija tal-grupp jinkludu:

Il-Grupp ingħata għotja ta’ 36-il-xahar mill-Polish State Committee for Scientific Research (KBN) bl-għan li jwaqqaf l-akbar korpus Pollak li jkun aċċessibli mill-Internet, annotat lingwistikament, u kif ukoll jiprovdu għodda għall-annotazzjoni, indexing u tfittxija, u għandu wkoll żewġ għotjiet oħra (36 u 30-il-xahar) li jikonċernaw l-estrazzjoni tal-informazzjoni u akwist awtomatiku ta’ għarfien.

F’ LT4eL, ICS PAS ħa jieħu sehem attiv f’ WP2, u jkun responsabli għall-annotazzjoni tar-riżorsi Pollaki, funzzjonijiet u vokabolarju, u jieħu sehem fl-evalwazzjoni u l-validazzjoni tal-funzzjonijiet.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Akkademja tax-Xjenza Pollaka huma:

Istitut għall-Proċessi Paralleli, Akademja tax-Xjenza, Bulgarija

L-Istitut għall-Proċessi Paralleli (IPP) fl-Akkademja Bulgariza tax-Xjenza twaqqfet fl-1985, u ġabbet flimkien speċjalisti minn-oqsma avanzati diversi, inkluż netwerks, matematika ambjentalista, skala kbira ta’ kompjutazzjoni, intelliġenza artifiċjali u proċess tal-lingwa naturali. Illum IPP huwa l-mejjex akkademiku Bulgariż fit-teknoloġija tal-Informatika u l-Kommunikazzjoni.

Il-Laboratorju għall-Mudel Lingwistiku, li se jieħu sehem fil-proġett LT4eL, huwa l-aqwa unità fil-lingwistika kompjutazzjonali u l-intelliġenza artifiċjali, involut f'aktar minn 25 proġetti internazzjonali matul dan l-aħħar 10 snin. L-investigazzjonijiet tagħhom jinfirxu minn proċess tal-lingwa naturali tal-lingwa Bulgariza sa attivitajiet fir-riċerka u zvilupp ta’ representazzjoni tal-għarfien u l-amministrazzjoni ta’ ontoloġiji. LML għandu kollezzjoni kbira ta' korpi u jużaw bosta għodda għall-manteniment tal-istruturi konċetwali u ontoloġiċi.

IPP ser jmexxi x-xogħol li jikkonċerna l-iżvilupp tal-ontoloġiji (WP3) peress li għandhom esperjenza vasta fil-qasam tar-representazzjoni tal-għarfien u żvilupp ta’ ontoloġiji. Se jaħdmu mill-qrib mal-Università ta’ Malta, biex flimkien jizvilippaw ontoloġija indipendenti mill-lingwa u vokabolarju għall-Ingliż. Barra minn hekk, se jigbru u jannotaw l-oġġetti tat-tagħlim bil-Bulgaru, jizviluppaw vokabolarju għall-Bulgaru, u jieħdu sehem fl-evalwazzjoni u l-validazzjoni tal-funzzjonijiet ġodda.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Akkademja tax-Xjenza Bulgariza huma:



Partner Logo

Open University, L-Ingilterra

B’ popolazzjoni ta’ studenti tlaħħaq l-200,000 ruħ, l-Open University hija ta’ bilħaqq l-akbar università fl-Ingilterra kif ukoll it-tielet l-akbar università fid-dinja. 180,000 mill-istudenti tagħna qiegħdin on-line filwaqt li aħna għandna espejenza estensiva fil-qasam sħiħ ta’ tagħlim elettroniku. Għarfien f’ teklologiji li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-edukazzjoni hu wieħed mis-saħħiet kompetittivi tagħna.

Iċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Kompjuter, (CRC), jidħol f’ diversi oqsma ta’ l-università fejn issir riċerka ta’ livell għoli. Iċ-ċentru għandu profil internazzjonali fl-NLP, fosthom iffiltrar ta’ informazzjoni, evalwazzjoni, ġenerazzjoni multilingwistika u valutazzjoni elettronika f’ Software Requirements Engineering u Interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna, speċifikament fl-użu tagħhom. Temi oħra li huma relevanti jinkludu Ontoloġiji u l-Web Semantiku, u Edukazzjoni fl-Informatika. CRC jenkoraġġixxi riċerka fl-isfond ta’ programmi ta’ tagħlim, filwaqt li saħħiet oħra huma ggwadanjati mir-relazzjoni qariba li għandu mas-sezzjoni tat-tagħlim li jizviluppaw u jmexxu programmi ġodda għall-istudenti.

L-istaff tas-CRC huma minn ta’ quddiem biex jattiraw fondi għar-rikerka. Proġetti riċenti Ewropej li huma direttament konnessi mal-Lt4eL jinkludu E-LeGI, LeGE-WG, MOBIlearn, NECA kif ukoll il-Semantic Mining Network of Excellence.

Open University flimkien mal-Universitjiet ta’ Cologne u Zürich iservu ta’ għaqda mal-komunità tat-tagħlim elettroniku. Huma ser ikunu r-responsabbli ewlenin għall-valutazzjoni tas-Sistem imtejjba għal-Amministrazzjoni tat-Tagħlim kif ukoll se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ funzzjonijiet ġodda għall-għarfien fil-qasam edukattiv u pedagoġiku. L-Open University ħa tkun il-mexxejja tal-WP5.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Open University huma:

Partner Logo

“AI.I.Cuza” L-Università ta’ Iasi (Fakulta tax-Xjenza tal-Kompjuter, Rumanija

Il-Fakulta tax-Xjenza tal-Kompjuter tal-Università “AI.I.Cuza” ta’ IASI (UAIC-FII) joffri programmi fl-livell terzarju fix-xjenza tal-kompjuter u t-teknoloġija informatika, programmi ta’ livell gradwat f’ erba’ oqsma inkluż Lingwistika komputazzjonali, Kif ukoll korsijiet u programmi ta’ Ph.D. fix-xjenza tal-kompjuter.

Attivitajiet tar-riċerka qed jiġu mwettqa u jinkludu t-tfassil u t-twettiq ta’ għodda għall-LT, li jittrattaw ir-Rumen kif ukoll applikazzjonijiet li huwa independenti mill-lingwa: Proċess morfoloġiku u sub-sintatiku, representazzjoni ta għarfien, semantika lessika, l-arkitetura tal-WordNet, Representazzjoni u proċess ta’ diskors independenti mill-lingwa (inkluż parsing and anaphora resolution, summarija, domanda-risposta), għodda għall-annotazzjoni u l-izvilupp ta’ korpus annotati, l-akwist, il-proċess u l-istandardizzazzjoni ta’ riżorsi lingwistiċi, etċ.

AUIC-FII tippromwovi ukoll it-tagħlim elettroniku: Mill-2002, FII joffri korsijiet b’tagħlim elettroniku lill-5 fakultajiet oħra f’UAIC, b’dan il-mod il-professjonisti jkunu mħarġa li jużaw u jiżviluppaw materjal elettroniku għall-klassijiet tagħhom, u jorganizzaw korsijiet online u b'distanza. Riċerkaturi u studenti mill-FII jiżviluppaw programmi u materjali tas-software edukazzjonali.

Ħafna mill-attivitajiet tar-riċerka fil-Fakulta ġew żviluppati b’koperazzjoni ta’ korpi nazzjonali tar-riċerka jew kienu appoġġati finanzjarjament mill-KE (TELRI, ELRA, BALKANET). Minn 2005, UAIC-FII huwa membru mhux għall-profitt fi Knowledge Web NoE f'FP6.

L-università “AI.I.Cuza” ta’ Iasi huwa l-mexxej ta’ WP1, ix-xogħol li jittratta t-tħejjija neċessarja għat-twettiq tar-riċerka relatata mal-WP l-oħra. Dan ix-xogħol jinkludi l-attivita ta' ġbir ta' dokumenti li jistġħu jintużaw bħalla oġġetti annotati għat-tagħlim, u għall-istandardizzazzjoni tal-annotazzjoni lingwistika. Barra minn hekk, UAIC-FII se jikkollabora fil-reasisation tal-partijiet oħra tal-proġett.

Il-Membri għall-LT4eL għal-Università "Al.I.Cuza" ta’ Iasi huma:

Partner Logo

Netwerk għas-Sigurtà Internazzjonali (ISN), L-Istitut Federali tat-Teknoloġija Żvizzeru, Zürich, l-Iżvizzera

L-ISN hu servizz pubbliku bla ħlas li jipprovdi għażla wiesgħa ta’ prodotti u riżorsi komprensivi li jinkoraġġixxu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-professjonisti tas-sigurtà madwar id-dinja.

L-ISN jingħatawlu l-fondi mid-Dipartiment Federali tad-Difiża Żvizzeru, mill-Protezzjoni Ċivili u l-Isport (DDPS) u mill-ETH Zürich ilkoll flimkien. Hu bbażat fiċ-Ċentru għall-Istudji tas-Sigurtà (CSS) fl-ETH Zürich. L-ISN jaħdem fi proġetti ta’ riċerka u attivitajiet edukattivi, jipprovdi stejjer għall-aħbarijiet u analiżi fil-fond, u jiżviluppa teknoloġija għat-tpartit ta’ informazzjoni u għall-ħolqien u s-sostenn tat-tagħlim elettroniku. L-ISN għandu relazzjoni mill-qrib ma’ wħud fost l-istituti internazzjonali msieħba ewlenin – istituti ta’ riċerka, gruppi ta’ esperti, u organizzazzjonijiet governattivi u mhux-governattivi.

Fl-2004, l-ISN daħal f’kollaborazzjoni mal-proġett b'sors miftuħ ta’ l-ILIAS, ibbażat f’Cologne, il-Ġermanja, għalbiex jaħdem fuq l-iżvilupp tas-sistema ta’ amministrazzjoni tat-tagħlim (LMS) ta’ l-ILIAS. Illum, is-Sistema ta’ Amministrazzjoni għat-Tagħlim ta’ l-ISN PfP hi msejsa fuq l-ILIAS u tintuża l-aktar minn akkademji tad-difiża u universitajiet bħall-Kulleġġ għad-Difiża tan-NATO f’Ruma u l-Kulleġġ għad-Difiża Baltiku fl-Estonja. Bħala riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni, l-ILIAS ġiet iċċertifikata għal SCORM fil-Ħarifa ta’ l-2004. Bħalissa tipprovdi l-ewwel LMS b'sors miftuħ iċċertifikat għal SCORM tad-dinja.

L-ISN se jkun ir-responsabbli prinċipali għall-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet il-ġodda fi ħdan il-pjattaforma ta’ l-LT4eL (WP4). Se jaħdmu mill-qrib ma’ Charles University u se jkunu sostnuti mill-imsieħba kollha tal-konsorzju f’din il-biċċa xogħol. Aktar minn hekk, Open University, Zürich University u l-ISN huma mill-aktar kompetenti fil-qasam tat-tagħlim elettroniku u se jservu ta’ ħolqa ma’ dik il-komunità. Huma se jkunu dawk prinċipalment responsabbli għall-validazzjoni tat-titjib fil-kwalità tas-Sistema ta’ amministrazzjoni għat-Tagħlim u se jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-funzjonalitajiet il-ġodda permezz ta’ l-għarfien edukattiv u pedagoġiku tagħhom. Se jkollhom x’jaqsmu anke ma’ kwistjonijiet IPR tal-materjal għat-tagħlim Ġermaniż.

Il-membri ta’ l-LT4eL f’isem l-ISN huma:

Partner Logo

L-Università ta’ Hamburg (Dipartiment għan-Natural Language Systems), Ġermanja

Il-grupp “Natural Language Systems (NatS) huwa Istitut fi ħdan id-dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter fl-Università ta’ Hamburg. Il-grupp hu magħmul minn xi 15-il riċerkatur u huwa wieħed mill-aktar prominenti u għeqdem istitut tar-riċerka għall-proċess tal-lingwa naturali fil-Ġermanja. L-Istitut jaħdem f’ laboratorju modern f’ dan il-qasam, fejn l-aħħar teknoloġija tiġi ttestjata u applikata f’ambjent rejalistiku. Oqsma tar-riċerka jinkludu: It-tfassil u t-twettiq ta’ sistemi ta' software għall-Interazzjoni naturali bejn il-Bniedem u l-Magna, billi jgħaqqdu t-tagħrif fix-Xjenza tal-Kompjuter u Lingwistika moderna. Ir-riċerka tkopri l-fażijiet kollha minn sinjali ta' diskors sa' livell għoli ta' semantika, diskors u representazzjoni pragmatika.

Il-multiligwalita u l-multimodalita saru l-aktar parti perspettivi importanti tax-xogħol fl-aħħar 5 snin. Ħafna proġetti fuq Machine Translation u Machine Aided Translation twettqu għal dawn il-par ta’ lingwi: Germaniz – Romen, Germaniz-Ċek, Germaniz-Bulgaru, Ingliz-Spanjol. Tagħrif nkiseb ukoll bl-applikazzjoni ta’ LSI f’kuntest multilinwistiku.

Il-grupp ipparteċipa f’numru ta’ proġetti nazzjonali u internazzjonali, bħal CompTrain, DAWAI, ESITEC, Verbmobil, ISLE, u il-proġett DBRMAT. Membri tal-grupp huma involuti attivitament fl-organiZazzjoni ta' attivitajiet internazzjonali f'konferenzi fl-oqsma: MT-Summit, RANLP, LREC. L-Università ta’ Hamburg, u b’mod partikulari NATS, ser jospitaw l-ELSNET 2006 skolasajf u fil-2007 il-konferenza internazzjonali għall-Lingwi b’skopijiet speċjali.

Il-multilingwalita huwa komponent importanti tal-proġett li għandu jingħata attenzjoni speċjalment b’ rispett tal-integrazzjoni tal-funzzjonijiet varji fi ħdan ILIAS, kif ukoll l-issettjar tal-vokabolarji relatati mal-ontoloġiji varji. L-Università ta’ Hamburg se tkun risponsabli għal din il-funzzjoni.

L-Università se tikollabora ukoll f’partijiet oħra tal-proġett. Se jagħmlu inventarju u klassifikazzjoni tar-riżorsi relevanti u għodda, li b’hekk jgħattu attenzzjoni partikolari għall-aspett multilingwistiku. Flimkien ma’ l-Universitajiet ta’ Tübingen u Zürich, se jiġbru oġġetti għat-tagħlim għall-Ġermaniz u jieħdu ħsieb l-annotazzjoni lingwistiku u strutturali ta’ dawn l-oġġetti.

Il-Membri għall-LT4eL għal-Università ta’ Hamburg huma:

Partner Logo

L-Università ta’ Malta, CSAI u l-Istitut tal-Lingwistika, Malta

Id-dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter u Intelliġenza Artifiċjali (CSAI) twaqqaf fl-1993 biex jtejjeb il-kapaċitajiet tat-tagħlim u r-riċerka f’ fergħa wiegħsa ta’ oqsma fl-Informazzjoni Teknoloġika fl-Università ta’ Malta. CSAI għandu r-responsabbilità li jagħlem u jwettaq riċerka fil-qasam tax-Xjenza tal-Kompjuter, u b’hekk għandu programmi ta’ tagħlim f’livell terzjarju u livell Masters. CSAI jikkolabbora ma’ L-Istitut tal-Lingwistika li huwa responsabbli għall-korsijiet fil-Lingwistika u jwettaq riċerka f’oqsma formali u applikati.

L-esperjenza fil-qasam ta’ lingwistika kompjutazzjonali li huwa relatat ma’ dan il-proġett jinkludi korrezzjoni ortografika, estrazzjoni ta’ informazzjoni, u tfittija fuq l-Internet. Tul dawn l-aħħar snin twettaq xogħol fl-iżvilupp ta’ lessiku kompjutazzjonali għall-Malti u għodda relatati. Bħalissa CSAI qed jipparteċipa f’proġetti oħra Ewropew li huma REWERSE, MVU, u LATER.

L-Università hija membru tal-proġetti GEANT u EUMEDCONNECT, u d-dipartiment, li għandu esperjenza fil-qasam tal-arkiteturi P2P, bħalissa jaħdem fuq inizzjativi li jikonċernaw kompjutazzjoni fuq GRID u applikazzjonijiet tal-eXjenza f’oqsma relatati.

Flimkien ma’ l-Istitut ta’ Proċessi Paralleli (Bulgarija), l-Università ta’ Malta se tiżviluppa ontoloġija indipendenti mill-lingwa u vokabolarju għall-Ingliz. Barra minhekk, l-Università ta’ Malta ħa tkun responsabbli għall-ġbir u annotazzjoni ta’ riżorsi lingwistiċi għall-Malti u l-Ingliż u l-funzzjonijiet tagħhom. Kif ukoll se jiżviluppaw vokabularju għall-lingwi li se jiġu llinkjati għall-ontoloġija. Fl-aħħar, se jipparteċipaw fil-validazzjoni u l-evalwazzjoni tal-funzzjonijiet ġodda.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Università ta’ Malta huma:

Partner Logo

Università ta’ Tübingen, Dipartiment tal-Lingwistika, Ġermanja

Id-Dipartiment tal-Lingwistika (Seminar für Sprachwissenschaft; SfS) twaqqaf fl-1985. Il-fok tar-riċerka ta’ SfS huwa fuq theoretical and computational linguistics minn perspettiva interdixxiplinarja. F’dawn l-aħħar snin, ir-riċerka fil-lingwistika Computational fl-SfS tagħu riżorsi ta’ kwalità għolja u għodda fil-qasam tal-lessiċi computational, machine translation u corpus linguistics, inkluż ir-riżors lessiku semantiku GermaNet, treebank għall-Ġermaniż u l-Ingliż, u korpi annotati.

SfS għandu track record twil fi fondi esterni u kiseb esperjenza f’diversi proġetti nazzjonali u internazzjonali kif ukoll fi programmi ta’ riċerka. Id-Dipartiment ikkontribwixxa lejn diversi proġetti Ewropew, e.g. COMPASS, TwentyOne, EuroWordNet, u proġetti nazzjonali, e.g. Verbmobil u Lexical Semantic Disambiguation (SLD). SfS bħalissa huwa sħab fil-proġett IMDI bl-għan li jiddiskrivi standards għar-riżorsi tal-lingwa.

SfS huwa minn ta’ quddiem fil-qasam tat-tagħlim elettroniku. Żviluppat materjal għat-tagħlim u implimentat korsijiet virtwali għall-lingwistika kompjutazzjonali f’ proġett finanzjarjat mill-gvern ta’ Baden-Württemberg, imsemmi VirtuGrade, u f’ proġett finanzjarjat mill-gvern federali tal-Ġermanja, Medien-Intensive Lehrmodule in der Computerlinguistik-Ausbildung (MiLCA), għal liema proġett kienet il-kordinatur nazzjonali.

L-Isħab kollha se jieħdu sehem fir-riċerka u l-iżvilupp tal-funzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji lingwistiċi ġodda, li se jkunu integrati fis-sistema ILIAS (WP2). L-Università ta’ Tübingen se tmexxi dawn l-attivitajiet u taħdem mill-qrib mal-Akkademja Polaka għax-Xjenza. L-Università se tikollabora ukoll f’partijiet oħra tal-proġett. Se jagħmlu inventarju u klassifikazzjoni tar-riżorsi u għodda relevanti. Kif ukoll flimkien ma’ l-Universitajiet ta’ Tübingen u Zürich, se jiġbru oġġetti għat-tagħlim għall-Ġermaniz u jieħdu ħsieb l-annotazzjoni lingwistiku u strutturali ta’ dawn l-oġġetti. Fl-aħħar, se jieħdu sehem fil-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tal-funzzjonijiet u b’hekk jiffukaw fuq l-affarijiet tekniċi.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Università ta’ Tübingen huma:

Partner Logo

L-Università ta’ Zürich tax-Xjenzi Applikati Winterhur, Istitut ta’ Traduzzjoni u Interpretazzjoni, Svizzera

L-Istitut ta’ Traduzzjoni u Interpretazzjoni (IUED) huwa parti mill-Iskola tal-Kommunikazzjoni ZHW, li twaqfet ħames snin ilu bħala riżultat tal- amalgamazzjoni bejn l-Iskola ta’ Zurich għat-Traduzzjoni u Interpretazzjoni (DOZ), Winterthur Polytechnic u l-Iskola ta’ Winterthur għall-Ekonomija u Amministrazzjoni. Minbarra li jofru korsijiet terzjarji fi Traduzzjoni u Interpretazzjoni għall-koferenzi, l-IUED tospita żewġ ċentri tar-riċerka u servizzi, Ċentru tat-Teknoloġija, u Ċentru tal-Lingwistika Kompjutazzjonali.

Il-fok ewlieni tar-riċerka u żvilupp kurrenti huwa fil-qasam ta’ teknoloġija lingwistika u tagħlim elettroniku fit-taħriġ ta’ tradutturi. Il-proġett tat-tagħlim elettroniku jinkludi: ZHW Liċenzja tal-Kompjuter għat-Tradutturi , TransTech, Għodda għat-Tradutturi u Għodda għar-Riċerka.

L-Istitut għandu esperjenza fil-qasam tat-tagħlim elettroniku u (flimkien mal-Open University u mal-Università ta’ Cologne) se jkun ħolqa bejn din il-kommunità. Flimkien se jġorru r-risponsabbiltajiet prinċipali għall-validazzjoni tas-Sistema mtejba għall-Amministrazzjoni tat-Tagħlim u bit-tagħrif tagħhom fl-edukazzjoni u pedagoġija jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ funzzjonijiet ġodda. Flimkien mal-Università ta’ Hamburg u l-Università ta’ Tübingen, iz-ZHW/IUED se jkunu responsabblì għar-riżorsi u l-funzzjonijiet bil-Ġermaniż.

Il-Membri għall-LT4eL għall-Università ta’ Zürich huma: