top

Werrej

Introduzzjoni
downdown
Ġenerazzjoni semi-awtomatika ta’ metadata minn riżorsi Teknoloġiċi Lingwistiċi
right
Ntejbu t-tagħlim elettroniku b’ tagħrif semantiku
downdown
L-integrazzjoni tal-funzjonijiet ġodda fis-sistema ta’ amministrazzjoni tat-tagħlim ta’ l-ILIAS
down
Validazzjoni tal-funzzjonijiet ġodda fls-sistema tal-amministrazzjoni għat-tagħlim ILIAS
Tixrid, trasferiment u inklużjoni wiesgħa tar-riżultati tal-programm
Amministrazzjoni tal-Proġett


WP1 - Introduzzjoni

Mexxej għal WP1: L-Università ta’ AI. I. Cuza ta’ Iasi

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan ta’ ħidma huwa li nwettqu x-xogħol preparatorju li jinkludi l-kollezzjoni u n-normalizzazzjoni tal-materjal għat-tagħlim li ħa jintuża fil-proġett, kif ukoll li nilħqu ftehim komuni fuq l-istandards relevanti u l-proċeduri li sa jintużaw fil-konsorzju.

Deskrizzjoni tax-Xogħol

Prodott finali

D1.1 (Mejju 2006) Kollezzjoni ta’ materjal għat-tagħlim, ħieles minn IPR, għal-lingwi kollha fi ħdan il-proġett, kif ukoll linji ta’ gwida għall-annotazzjoni tal-materjal (min ta’ l-anqas 1000 paġna).



WP2 - Ġenerazzjoni semi-awtomatika ta’ metadata minn riżorsi Teknoloġiċi Lingwistiċi

Mexxej għal WP2: L-Università ta’ Tübingen

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan ta’ ħidma huwa li ntejbu l-ġbir u l-aċċessibilità tal-kontenut billi nidentifikaw il-materjal bis-saħħa ta’ metadata diskrittiva. Teknoloġija Lingwistika u riżorsi għal-lingwi fi ħdan il-proġett se jintużaw biex ikunu żviluppati funzjonijiet li jiffaċilitaw il-ġenerazzjoni ta’ ''metatdata'' ''semi''-awtomatika. Dawn il-funzjonijiet se jiġu implimentati, zviluppati w evalwati:

Deskrizzjoni tax-xogħol

Prodott finali

D2.1 (Mejju 2006 u Novembru 2006), Oġġetti għat-tagħlim mill-lingwi differenti, annotati kemm lingwistikament kif ukoll strutturalment.

D2.2 (Novembru 2006 u Novembru 2007 u Mejju 2008) Keyword Extractor dokumentat (b’ ta' l-inqas 1000 kelma prinċipali) u rapport għall-integrazzjoni tiegħu ma’ kull xorta ta' LMS b’ sors miftuħ, inkluż l-ILIAS.

D2.3 (Novembru 2006 u Novembru 2007 u Novembru 2008) Glossary Candidate Detector dokumentat, u rapport għall-integrazzjoni tiegħu ma’ kull xorta ta' LMS b’sors miftuħ, inkluż l-ILIAS.



WP3 - Ntejbu t-tagħlim elettroniku b’ tagħrif semantiku

Mexxej għal WP3: IPP, l-Akkademja tax-Xjenza, il-Bulgarija

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan tax-xogħol huwa li ntejbu l-amministrazzjoni tas-sistemi għat-tagħlim (LMS) b’tagħrif semantiku, jiġifieri ontoloġiji, biex intejbu l-organizzazzjoni u l-ġbir ta’ materjal għat-tagħlim fil-lingwi kollha. Attenzjoni speċjali ħa tingħata lil dawk il-lingwi minn l-Istati Membri ġodda u pajjiżi kandidati u l-lingwi fi ħdan il-konsorzju.

L-ontoloġiji ser jiffaċilitaw il-kostruzzjoni ta’ korsijiet speċifiċi għall-utenti billi jfittxu informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ interess; ser itejbu l-ħolqien ta’ kontenut personalizzat, u jħallu d-deċentralizzazzjoni u l-koperazzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-kontenut, kif ukoll ta’ ġbir multilingwistiku.

Deskrizzjoni tax-xogħol

Prodott finali

D3.1 (Novembru 2006 u Novembru 2007 u Mejju 2008) Ontoloġija ta' l-anqas 1000 kunċett u rapport għall-integrazzjoni f’kull xorta ta' LMS b’sors miftuħ (inkluż ILIAS).

D3.2 (Novembru 2007 u Mejju 2008) Żvilupp tal-vokabbolarju għall-lingwi kollha, korpus annotat, ġbir ta’ informazzjoni multilingwali.



WP4 - L-integrazzjoni tal-funzjonijiet ġodda fis-sistema ta’ amministrazzjoni tat-tagħlim ta’ l-ILIAS

Mexxej għal WP4: L-Università ta’ Cologne

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan ta’ ħidma huwa li nintegraw il-funzjonijiet ġodda, kif ukoll il-ġbir ta’ informazzjoni bbażat fuq l-ontoloġija fis-sistema amministrattiva għat-tagħlim ta' l-ILIAS. Iżda d-dokumentazzjoni ser tiġi pprovduta biex tippermetti l-integrazzjoni tagħhom ġo LMS oħra b’sors miftuħ, sakemm il-modularita tar-riżorsi ġodda tippermetti. ''Metadata'' annotata u tfittix ibbażat fuq l-ontoloġiji u n-navigazzjoni ser jippermettu l-ġbir tal-kontenut individwali għal dawk li qed jitgħallmu, kif ukoll mogħdijiet individwali tat-tagħlim.

Deskrizzjoni tax-xogħol

Prodott finali

D4.1 (Novembru 2007 u Mejju 2008) L-integrazzjoni tal-funzjonijiet u l-ontoloġiji fl-ILIAS u d-dokumentazzjoni relatata għal integrazzjoni f’ kwalsijasi sistema ta’ amministrazzjoni għat-tagħlim b’ sors miftuħ (inkluż l-ILIAS).



WP5 - Validazzjoni tal-funzzjonijiet ġodda fls-sistema tal-amministrazzjoni għat-tagħlim ILIAS

Mexxej għal WP5: Open University, l-Ingilterra.

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan ta’ xogħol huwa li jagħmel valutazzjoni ta’:

Deskrizzjoni tax-xogħol

Prodott finali

D5.1 (Mejju 2007 u Novembru 2007 u Mejju 2008) Rapport fuq il-metodoloġija għall-valutazzjoni li tinkludi l-iżvilupp ta’ kwestjonarji u l-preparazzjoni ta' l-esperimenti (Mejju 2007) u l-attwazzjoni tagħhom (Novembru 2007, Mejju 2008), tqabbil analitiku tal-każijiet ta' l-użu tas-sistema li jkunu previsti u l-użu attwali minn grupp kampjun ta’ l-utenti, kemm fil-qasam tal-ġenerazzjoni ta’ ''metadata'' ''semi''-awtomatika, kif ukoll fil-qasam ta’ tfittxija bbażata fuq l-ontoloġiji (Novembru 2007, Mejju 2008) u l-konklużjonijiet (Mejju 2008).



WP6 - Tixrid, trasferiment u inklużjoni wiesgħa tar-riżultati tal-programm

Mexxej għal WP6 – L-Università ta’ Utrecht

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-pjan tax-xogħol huwa li jippreżenta u jqassam ir-riżultati tal-proġett, u jinkoraġġixxi t-trasferiment tat-tagħrif u l-użu kemm jista’ jkun wiesgħa tar-riżultati tal-program. Il-miri prinċipali se jkunu dawn il-gruppi:

Deskrizzjoni tax-xogħol

Prodott finali

D6.1 (Mejju 2006) Pjan ta’ tixrid u 'updates' (Novembru 2006, Novembru 2007 u Mejju 2008).

D6.2 (Mejju 2006) Pjan ta’ utilizzazzjoni u 'updates' (Novembru 2006, Novembru 2007 u Mejju 2008).



WP7 - Amministrazzjoni tal-Proġett

Mexxej għal WP7: L-Università ta’ Utrecht

Għanijiet

L-amministrazzjoni u l-kordinazzjoni globali ta' l-attwazzjoni tal-proġett, inkluż il-kuntatt bejn is-sħab fil-proġett u mal-Komunità Ewropea.

Deskrizzjoni tax-xogħol